|
29.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/33 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Lulju 2009 — Ristic et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-238/07) (1)
(“Politika dwar is-saħħa tal-annimali - Miżuri ta’ protezzjoni - Deċiżjoni 2007/362/KE - Rikors għal annullament - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għad-danni - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettatitvi leġittimi - Obbligu ta’ premura - Dritt ta’ proprjetà u dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika”)
2009/C 205/60
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ristic AG (Burgthann, il-Ġermanja); Piratic Meeresfrüchte Import GmbH (Burgthann, il-Ġermanja); Prime Catch Seafood GmbH (Burgthann, il-Ġermanja); u Rainbow Export Processing, SA (rappreżentant: H. Schmidt, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Erlbacher u A. Szmytkowska, aġenti)
Suġġett
Min-naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/362/KE, tas-16 ta’ Mejju 2007, li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 138, p. 18), u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
|
1) |
M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal annullament. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Ristic AG, Piratic Meeresfrüchte Import GmbH, Prime Catch Seafood, u Rainbow Export Processing, SA huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |