30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Bavaria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-235/07) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-birra - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Prova tal-ksur - Aċċess għall-fajl - Multi - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Terminu raġonevoli)

2011/C 226/45

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Bavaria NV (Lieshout, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn O. Brouwer, D. Mes, A. Stoffer, sussegwentement minn O. Brouwer, A. Stoffer u P. Schepens, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Bouquet, minn S. Noë u A. Nijenhuis, sussegwentement minn A. Bouquet u S. Noë, aġenti, assistiti minn M. Slotboom, avukat)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1697, tat-18 ta’ April 2007, dwar provvediment [proċedura] skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/B-2/37.766 — Is-suq Olandiż tal-birra), u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1697, tat-18 ta’ April 2007, dwar provvediment [proċedura] skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/B-2/37.766 — Is-suq Olandiż tal-birra) hija annullata sa fejn il-Kummissjoni Ewropea kkonstatat, f’tali deċiżjoni, li Bavaria NV kienet ipparteċipat fi ksur li jikkonsisti fil-koordinazzjoni okkażjonali tal-kundizzjonijiet kummerċjali, minbarra l-prezzijiet, offruti lill-konsumaturi individwali fis-settur “horeca” fil-Pajjiżi l-Baxxi.

(2)

L-ammont tal-multa imposta lil Bavaria fl-Artikolu 3(c) tad-Deċiżjoni C(2007) 1697 huwa stabbilit għal EUR 20 712 375.

(3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Bavaria għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

(5)

Il-Kummissjoni għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż ta’ Bavaria.


(1)  ĠU C 211, 08.09.2007.