8.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 285/39


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-24 ta' Settembru 2008 — Anvil Knitwear vs UASI — Aprile e Aprile (Aprile)

(Kawża T-179/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja Aprile - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ANVIL - Motiv relattiv għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Obbligu ta' motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Artikoli 8(1)(b), 73 u 74 tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2008/C 285/71)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anvil Knitwear, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Würtenberger, R. Kunze u T. Wittmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Laitinen u O. Mondéjar Ortuño, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Aprile e Aprile Srl (Argelato, l-Italja)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta' Marzu 2007 (Każ R 1076/2006-2) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Anvil Knitwear, Inc u Aprile e Aprile Srl.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Anvil Knitwear, Inc hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007.