25.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/7


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2012 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-135/07) (1)

(Spezzjonijiet sanitarji - Influwenza avjarja - Suq Taljan tal-laħam tat-tjur - Talba tal-awtoritajiet Taljani dwar l-adozzjoni ta’ miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq - Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni)

2012/C 58/10

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Aiello, G. Palmieri, avvocati dello Stato, assistiti minn M. Moretto, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: C. Cattabriga, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Frar 2007 li tiċħad it-talba tar-Repubblika Taljana li tadotta miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq Taljan tal-laħam tat-tjur, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75, tad-29 ta’ Ottubru 1975, dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3,Vol. 2, p. 138).

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Frar 2007 li tiċħad it-talba tar-Repubblika Taljana li tadotta miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq Taljan tal-laħam tat-tjur, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75, tad-29 ta’ Ottubru 1975, dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur, hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 140, 23.06.2007.