31.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2013 — Spira vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-108/07 u T-354/08) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji u abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq ta’ djamanti mhux maħduma - Sistema ta’ distribuzzjoni SOC - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment - Nuqqas ta’ interess komunitarju - Drittijiet proċedurali ta’ persuna li tilmenta - Aċċess għad-dokumenti - Obbligi fir-rigward ta’ investigazzjoni ta’ lment - Effetti ta’ esklużjoni mis-suq - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

2013/C 252/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Diamanthandel A. Spira BVBA (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: Y. van Gerven, F. Louis, A. Vallery u J. Bourgeois, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, R. Sauer u J. Bourke, sussegwentement F. Castillo de la Torre u R. Sauer, aġenti, assistiti, fil-Kawża T-108/07, inizjalment minn S. Drakakakis, avukat, u minn T. Soames, solicitor, sussegwentement T. Soames u, fil-Kawża T-354/08, minn T. Soames)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuti: De Beers (Lussemburgu, il-Lussemburgu); u De Beers UK Ltd, magħrufa preċedentement bħala The Diamond Trading Co. Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment minn W. Allan, S. Horwitz, solicitors, u J. Ysewyn, avukat, sussegwentement W. Allan, J. Ysewyn u N. Gràcia Malfeito, solicitor, u finalment N. Gràcia Malfeito, B. van de Walle de Ghelcke, J. Marchandise, avukati, u P. Riedel, solicitor)

Suġġett

Talbiet għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2007 (Kawża COMP/38.826/B-2 — Spira/De Beers/DTC Supplier of Choice) u tal-5 ta’ Ġunju 2008 (Kawża COMP/38.826/E-2 — De Beers/DTC Supplier of Choice) li jiċħdu l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra l-intervenjenti għall-ksur tal-Artikoli 81 KE u 82 KE dwar is-suq ta’ djamanti mhux maħduma, li jirriżultaw mill-implementazzjoni mill-intervenjenti tal-ftehim ta’ distribuzzjoni magħrufa bl-isem ta’ “Supplier of Choice” (SOC).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Diamanthandel A. Spira BVBA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

De Beers u De Beers UK Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 129, 9.6.2007.