7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/30


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Dada vs UASI — Dada (DADA)

(Kawża T-101/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DADA - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DADA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94’)

(2009/C 32/56)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Dada SpA (Firenze, l-Italja) (rappreżentanti: D. Caneva u G. Locurto, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Sempio, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Dada Srl (Udine, l-Italja) (rappreżentanti: M. Cartella u M. Fazzini, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta' Jannar 2007 (Każ R 1342/2005-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Dada Srl u Dada SpA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dada SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 9.6.2007.