|
15.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 193/19 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — KG Holding et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-81/07, T-82/07, u T-83/07) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna għar-ristrutturar mogħtija mill-awtoritajiet Olandiżi lil KG Holding NV - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Rikors għal annullament - Inammissibbiltà parzjali - Irkupru tal-għajnuna mingħand impriżi benefiċjarji li ġew iddikjarati falluti - Linji gwida Komunitarji għall-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà”)
2009/C 193/27
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent fil-Kawża T-81/07: Jan Rudolf Maas, fil-kapaċità tiegħu bħala stralċatur ta’ KG Holding NV (Rotterdam, l-Olanda) (rappreżentanti: G. van der Wal u T. Boesman, avukati)
Rikorrenti fil-Kawża T-82/07: Jan Rudolf Maas u Cornelis van den Bergh, fil-kapaċità tagħhom bħala stralċaturi ta’ Kliq BV (Rotterdam) (rappreżentanti: G. van der Wal u T. Boesman, avukati)
Rikorrenti fil-Kawża T-83/07: Jean Leon Marcel Groenewegen, fil-kapaċità tiegħu bħala stralċatur ta’ Kliq Reïntegratie (Utrecht, l-Olanda) (rappreżentanti: G. van der Wal u T. Boesman, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: H. van Vliet, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/939/KE tad-19 ta’ Lulju 2006, dwar l-iskema ta’ għajnuna nnotifikata mill-Olanda favur KG Holding NV (ĠU L 366, p. 40).
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/939/KE, tad-19 ta’ Lulju 2006, dwar l-iskema ta’ għajnuna nnotifikata mill-Olanda favur KG Holding NV huwa annullat. |
|
2) |
Il-bqija tar-rikorsi huma miċħuda. |
|
3) |
Jan Rudolf Maas, fil-kapaċità tiegħu bħala stralċatur ta’ KG Holding NV, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu fil-Kawża T 81/07. |
|
4) |
Jan Rudolf Maas u Cornelis van den Bergh, fil-kapaċità tagħhom bħala stralċaturi ta’ Kliq BV, għandhom ibatu l-ispejjeż kollha tagħhom fil-Kawża T-82/07. |
|
5) |
Jean Leon Marcel Groenewegen, fil-kapaċità tiegħu bħala stralċatur ta’ Kliq Reïntegratie, għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu fil-kawża T-83/07, dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-Kawża T-83/07. |
|
6) |
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-Kawżi T-81/07 u T-82/07. |