1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/45


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-17 ta’ Ġunju 2009 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-50/07) (1)

(“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Uċuh ta’ raba’ li tinħarat - Qamħ iebes - Terminu ta’ 24 xahar - L-ewwel komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95 - Kontrolli fuq il-post - Remote sensing - Effettività tal-kontrolli - Riżultati tal-verfiki - Miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu mill-Istat Membru kkonċernat - Eżistenza ta’ telf finanzjarju għall-FAEGG”)

2009/C 180/82

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Portugall (rappreżentanti: L. Fernandes, P. Barros da Costa, aġenti, assistiti minn M. Figueiredo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Guerra u Andrade u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/932/KE, tal-14 ta’ Diċembru 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu infiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taqsima “Garanzija” (ĠU L 355, p. 96), billi din eskludiet mill-finanzjament Komunitarju ċertu infiq magħmul mir-Repubblika Portugiża fis-settur tal-uċuh tar-raba’ li tinħarat (qamħ iebes).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/932/KE, tal-14 ta’ Diċembru 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu infiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taqsima “Garanzija”, hija annullata sa fejn din teskludi ċertu infiq magħmul mir-Repubblika Portugiża fis-settur tal-uċuħ tar-raba’ li tinħarat (qamħ iebes) għas-sena 2003.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 95, 28.4.2007