|
8.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 285/38 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Settembru 2008 — ratiopharm vs UASI (BioGeneriX)
(Kawża T-48/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali BioGeneriX - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru parzjalment deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ), tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 285/70)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ratiopharm GmbH (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Völker, imbagħad minn S. Völker u A. Schabenberger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Diċembru 2006 (R 1048/2004-4) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “BioGeneriX” bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta' Diċembru 2006 (Każ R 1048/2004-4) hija annullata, għal dak li jirrigwarda l-prodotti kimiċi intiżi sabiex jippreżervaw l-ikel, tal-klassi 1. |
|
2) |
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija. |
|
3) |
ratiopharm GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-UASI. L-UASI għandu jbati n-nofs l-ieħor tal-ispejjeż tiegħu. |