9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-2/07) (1)

(Fondi ta’ koeżjoni - Regolament (KE) Nru 1164/94 - Proġetti li jikkonċernaw it-trattament sanitarju tal-baċir idrografiku ta’ Júcar (Spanja) - Kanċellazzjoni parzjali tal-għajnuna finanzjarja - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Kriterji ta’ għoti - Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament - Ugwaljanza fit-trattament - Trasparenza - Eliġibbiltà tal-ispejjeż - Determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji - Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94 - Proporzjonalità)

2013/C 325/31

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment J. M. Rodríguez Cárcamo, sussegwentement A. Rubio González, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Steiblytė u L. Escobar Guerrero, aġenti, assistiti minn M. Canal Fontcuberta, avukat, sussegwentement A. Steiblytė u S. Pardo Quintillán, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5102, tal-20 ta’ Ottubru 2006, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija skont il-Fondi ta’ koeżjoni lill-grupp ta’ proġetti bir-referenza 2001.ES.16.PE.050 u li tikkonċerna t-tindif tal-baċir idrografiku ta’ Júcar (Spanja).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 56, 10.3.2007.