Staff case summary

Staff case summary

Sommarju

Proċedura – Spejjeż – Intaxxar – Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni

[Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu  91(b); Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 122]

Il-Qorti Komunitarja ma għandhiex ġurisdizzjoni tintaxxa l-onorarji dovuti mill-partijiet lill-avukati tagħhom, imma li tiddetermina l-ammont korrispondenti għal dawk il‑ħlasijiet li jistgħu jinġabru mill-parti kkundannata għall-ispejjeż. Meta tiddeċiedi fuq it-talba għall-intaxxar tal-ispejjeż, hija ma għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni tariffa nazzjonali li tistabbilixxi l-onorarji tal-avukati u lanqas ftehim eventwali konkluż f’dan ir-rigward bejn il-parti kkonċernata u l-aġenti jew il-konsulenti tagħha.

Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji ta’ natura tariffarja, il-Qorti Komunitarja għandha liberament tevalwa l-informazzjoni tal-kawża, billi tieħu inkunsiderazzjoni s-suġġett u n-natura tal-kontroversja, l-importanza tagħha fid-dawl tad-dritt Komunitarju kif ukoll id-diffikultajiet tal-kawża, tal-ammont ta’ xogħol li l-proċedura kontenzjuża setgħet titlob min-naħa tal-aġenti jew tal-konsulenti li intervjenew u l-interessi ekonomiċi li l-kawża rrappreżentat għall-partijiet. Għal dak li jikkonċerna l-ammont ta’ xogħol hija l-Qorti Komunitarja li għandha tieħu inkunsiderazzjoni n-numru totali ta’ sigħat ta’ xogħol li jistgħu jidhru bħala oġġettivament indispensabbli għall-finijiet tal-proċedura kontenzjuża.

(ara l-punti 24, 25 u 28)

Referenza:

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 30 ta’ Ottubru 1998, Kaysersberg vs Il‑Kummissjoni, T‑290/04 DEP, Ġabra p. II‑4105, punt 20 ; 9 ta’ Settembru 2002, Pannella vs Il‑Parlament, T‑182/00 DEP, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 29 ; 20 ta’ Novembru 2002, Spruyt vs Il‑Kummissjoni, T‑171/00 DEP, ĠabraSP p. I‑A‑225 u II‑1127, punti 25, 26 sa 29 ; 8 ta’ Lulju 2004, De Nicola vs BEI, T‑7/98 DEP, T‑208/98 DEP u T‑109/99 DEP, ĠabraSP p. I‑A‑219 u II‑973, punt 32