DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-EWWEL AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
11 ta’ Settembru 2007
Kawża F‑12/07 AJ
Elizabeth O’Connor
vs
Il‑Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Għajnuna legali”
Suġġett: Applikazzjoni li permezz tagħha E. O’Connor titlob li tingħata l-benefiċċju tal-għajnuna legali, skont l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, applikabbli mutatis mutandis għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku abbażi tal-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (2004/752/KE, Euratom), tat-2 ta’ Novembru 2004, li tistabbilixxi t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 153M, p. 84), sakemm jidħlu fis-seħħ ir-regoli tal-proċedura tiegħu.
Deċiżjoni: It-talba għal għajnuna legali hija miċħuda.
Sommarju
Proċedura – Talba għal għajnuna legali mingħajr ħlas – Kundizzjonijiet għall-għoti
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 94(3) u 96(1);Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/752, Artikolu 3(4))