12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 92/49


Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2007 — Yannoussis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-143/07)

(2008/C 92/101)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Georgios Yannoussis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. Pappas, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra tal-21 ta' Diċembru 2006 li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent għall-kariga vakanti ta' Kap tar-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni fil-Greċja.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra tal-21 ta' Diċembru 2006;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.