|
12.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 92/49 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta' Diċembru 2008 — Maniscalco vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-141/07)
(2008/C 92/100)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Daniele Maniscalco (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: C. Cardarello u F. D'amora, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi kklassifikat taħt il-grupp IV, skala 13, grad 1.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-deċiżjoni ADMIN.B.2/OG/jmt/D(07)23504; |
|
— |
tiddikjara l-bażi tat-talba magħmula għar-rikonoxximent tal-klassifikazzjoni ogħla u tad-differenza fir-remunerazzjoni dovuta fid-data tar-rapport li jirrikonoxxa li huwa għandu jiġi kklassifikat fis-16-il grad; |
|
— |
tordna lid-Direttorat Ġenerali tal-Persunal u ta' l-Amministrazzjoni — Direttorat A — Persunal u Karrieri li jħallas is-somma dovuta, apparti l-interessi u l-ispejjeż, li jikkorrispondu għad-differenza tar-remunerazzjoni bejn it-13 u s-16-il grad; |
|
— |
tirrikonoxxi għall-ġejjieni l-klassifikazzjoni fis-16-il livell kuntrattwali u fil-grad ekwivalenti għas-snin ta' esperjenza professjonali. |