12.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 8/32


Rikors ippreżentat fil-31 ta' Ottubru 2007 — Kremlis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-129/07)

(2008/C 8/57)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Georges-Stavros Kremlis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2006, li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent għall-post vakanti ta' Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fil-Greċja, u li tinnomina kandidat ieħor għal dan il-post;

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jinvoka motivi li jixbħu ħafna lil dawk invokati fil-kawża F-128/07, li l-avviż tagħha huwa ppubblikat f'dan l-istess numru tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.