8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/64


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) ippreżentat fit-12 ta' Diċembru 2007 — Kerelov vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-109/07)

(Uffiċjali - Inammissibbiltà manifesta - L-Artikolu 44(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza)

(2008/C 64/104)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Georgi Kerelov (Pazardzhik, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Kerelov, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

Talba għal, minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni ta' l-EPSO tat-2 ta' Frar 2007, li ma tikkomunikax lir-rikorrenti l-informazzjoni u d-dokumenti relattivi għall-kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu subit.

Dispożittiv

1.

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.