19.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 183/31 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Mejju 2008 — Daskalakis vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-107/07) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Artikolu 7(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Benefiċċju temporanju - Inammissibbiltà)
(2008/C 183/62)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Constantin Daskalakis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. A. Pappas, avocat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li tillimita għal sena l-perijodu li matulu r-rikorrent, uffiċjal li ġie mitlub jokkupa temporanjament kariga ta' Kap ta' Diviżjoni, jista' jibbenefika mill-benefiċċju tad-differenza previst fl-Artikolu 7(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv:
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
(1) ĠU C 315, 22.12.2007, p. 46.