|
10.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/45 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta' Novembru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-18/07) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Talba - Ċaħda espliċita nnotifikata sussegwentement għaċ-ċaħda impliċità - Att purament konfermattiv - Ilment tardiv - Inammissibbiltà manifesta)
(2009/C 6/91)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-25 ta' Ottubru 2005 li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex jiġi rikonoxxut li huwa jbati minn marda gravi għall-finijiet tal-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Iskema Konġunta tal-Assigurazzjoni Kontra l-Mard tal-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
(1) ĠU C 223, 22.9.2007, p. 18.