10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/44


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta' Novembru 2008 — Bosman vs Il-Kunsill

(Kawża F-145/07) (1)

(Servizz pubbliku - Ex membru tal-persunal bil-kuntratt - Pensjoni ta' rtirar - Allowance tad-dar - Artikolu 109(3) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg )

(2009/C 6/89)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Pierre Bosman (Lebbeke, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Bontinck u P. Gennari Curlo, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u I. Šulce, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni individwali tat-28 ta' Frar 2007 li tirrifjuta l-allowance tad-dar għall-finijiet tal-kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni ta' rtirar, abbażi tal-Artikolu 109(3) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

P. Bosman għandu jbati l-ispejjeż kollha, jiġifieri l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 79, 29.3.2008.