21.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/73 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta' Diċembru 2008 — Efstathopoulos vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża F-144/07) (1)
(Servizz pubbliku - Ex-membri tal-persunal temporanju - Regolament (KE, Euratom, KEFA) Nru 2689/95 - Allowance ta' tmiem tas-servizz - Teħid inkunsiderazzjoni ta' bonus għal produttività fil-kalkolu tal-ammont tad-dħul gross irċevut fil-kuntest tal-funzjonijiet ġodda)
(2009/C 44/128)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: S. Efstathopoulos (Chalandri, il-Greċja) [rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Michi, avukati]
Konvenut: Il-Parlament Ewropew [rappreżentanti: A. Lukošiūtė u A. Troupiotis, aġenti]
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-18 ta' April 2007 li twassal għal tnaqqis tal-pensjoni ta' rtirar tar-rikorrent u għall-irkupru tal-pagament żejjed.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha |
(1) ĠU C 92, 12.4.2008, p. 50.