7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/83


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 — Van Arum vs Il-Parlament

(Kawża F-139/07) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni - Portata tal-ilment imsemmi fl-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal)

2009/C 267/149

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Rinse Van Arum (Winksele, il-Belġju) (rappreżentant: W. van den Muijsenbergh, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentant: J. F. De Wachter, C. Burgos u K. Zejdová, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku — Talba għall-bdil, jew sussidjarjament għall-annullment tar-rapport ta’ evalwazzjoni, u għall-kundanna tal-konvenut għall-ħlas tas-somma simbolika ta’ EUR 1 bħala danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 92, 12.4.2009, p. 49.