27.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/48


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Marzu 2011 — Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-120/07) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Trasferiment tal-jiem tal-leave annwali - Artikolu 4 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunal - Raġunijiet minħabba l-ħtiġijiet tas-servizz - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Direttiva 2003/88/KE - Dritt għal-leave annwali mħallas - Leave tal-mard)

2011/C 252/102

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Annullament ta’ numru ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar it-talba li jiġu ttrasferiti mill-2004 għall-2005 l-jiem ta’ leave annwali li ma ġewx użati, li jeċċedu l-limitu ta’ tnax-il jum. Il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas ta’ kumpens għas-26.5 jum ta’ leave annwali mhux użati u mhux imħallsa, flimkien mal-interessi ta’ 2 % fis-sena.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-15 ta’ Marzu 2007 tal-Kummissjoni Ewropea li tiċħad it-talba ta’ G. Strack sabiex jibbenefika minn trasferiment tal-bqija tal-jiem ta’ leave tas-sena 2004 hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjez tagħha u dawk sostnuti minn G. Strack.


(1)  ĠU C 315, 22.12.2007, p. 50.