30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/72


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2009 — Kerstens vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-102/07) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċeduri ta’ promozzjoni 2004, 2005 u 2006 - Għoti ta’ punti ta’ prijorità - Punti ta’ prijorità mogħtija mid-Diretturi Ġenerali - Punti ta’ prijorità li jirrikonoxxu x-xogħol imwettaq fl-interess tal-istituzzjoni - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2010/C 24/130

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment K. Herrmann u M. Velardo, aġenti, sussegwentement C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

L-annullament ta’ diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-għoti lir-rikorrent ta’ punti ta’ prijorità tad-Direttorat Ġenerali (PPDĠ) u/jew ta’ punti ta’ prijorità bħala rikonoxximent tal-kompiti supplimentari mwettqa fl-interess tal-istituzzjoni (PPKS) skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2004, 2005 u 2006.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 297, 8.12.2007, p. 49.