|
21.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/70 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-25 ta' Novembru 2008 — Hristova vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-50/07) (1)
(Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Kundizzjonijiet għall-ammissjoni - Ċaħda tal-kandidatura - Motivazzjoni - Kwalifiki)
(2009/C 44/120)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Valentina Hristova, (Pavlikeni, Il-Bulgarija) (rappreżentant: G. Kerelov, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-bord tal-eżaminaturi fil-kompetizzjoni EPSO/AST/14/06, li ma tilqax il-kandidatura tar-rikorrenti għall-eżamijiet ta' din il-kompetizzjoni minħabba li ma kellhiex esperjenza professjonali ta' tliet snin bħala segretarja wara li kisbet il-kwalifika tagħha — Talba għad-danni
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tal-bord tal-eżaminaturi fil-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/14/06, li ma tilqax il-kandidatura tas-Sinjura Hristova għall-eżamijiet ta' din il-kompetizzjoni hija annullata |
|
2) |
Il-bqija tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kundannata għall-ispejjeż kollha. |
(1) ĠU C 79, 29.3.2008, p. 36.