6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/56


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Ottubru 2008 — Barbin vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża F-44/07) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura għall-għoti ta' punti ta' mertu fil-Parlament Ewropew - Illegalità tal-istruzzjonijiet li jirregolaw din il-proċedura - Eżami komparattiv tal-merti)

(2008/C 313/101)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Florence Barbin (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u R. Ignătescu, imbagħad minn C. Burgos, A. Lukošiūtė u R. Ignătescu, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku — Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tas-16 ta' Ottubru 2006 li tagħti lir-rikorrenti punt wieħed ta' mertu skont il-proċedura ta' promozzjoni 2005 u, min-naħa l-oħra, dikjarazzjoni tal-illegalità tal-punt I.2(c) tal-“Miżuri ta' implementazzjoni li jirrigwardaw l-għoti ta' punti ta' mertu u l-promozzjoni” tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2006.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 155, 7.7.2007, p. 45.