Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Novembru 2008 – S.A.BA.R vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑501/07 P)

“Appell – Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ appell – Punt ta’ tluq”

Rikors għal annullament - Termini - Punt ta’ tluq - Data li fiha l-att sar magħruf - Natura sussidjarja (Il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 26) (ara l-punti 20-23)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla), tas-17 ta’ Settembru 2007, S.A.BA.R. vs Il-Kummissjoni (T-176/07), li bih il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Ġunju 2002, li tiddikjara bħala inkompatibbli mas-suq komuni s-sistema ta’ għajnuna (C‑27/99, ex NN 69/98) prevista mil-leġiżlazzjoni Taljana fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali favur impriżi ta’ servizzi pubbliċi b’kapital, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU 2003, L 77, p. 21).

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

S.A.BA.R. SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.