Digriet tal-president tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Novembru 2007 – Il‑Kummissjoni vs Scott

(Kawża C-296/07 P (R))

“Appell – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Digriet li jiddikjara li mhemmx lok li tingħata deċiżjoni – Appell manifestament infondat”

Appell – Appell minn digriet li jiddikjara li mhemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar proċeduri għal miżuri provviżorji – Rikors prinċipali deċiż minn qabel – Astensjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza – Appell manifestament infondat (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 104(1)) (ara l-punti 21-23)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-President) tat-30 ta’ Marzu 2007, Scott vs Il-Kummissjoni (T-366/00 R), li jiddikjara li ma kienx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar talba għal miżuri provviżorji mressqa fil-kuntest ta’ rikors għal annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li ddikjarat għajnuna mill-Istat bħala inkompatibbli mas-suq komuni.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.