Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Frar 2008 – Indorata‑Serviços e Gestão vs UASI
(Kawża C‑212/07 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Trade mark verbali HAIRTRANSFER – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Nuqqas ta’ karattru distintiv”
1. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-evalwazzjoni tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 225(1) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 58) (ara l-punt 38)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tal-15 ta’ Frar 2007, Indorata-Serviços e Gestão vs UASI (T-204/04), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “HAIRTRANSFER” għal ċerti prodotti u servizzi fil-klassijiet 8, 22, 41 u 44 – Karattru distintiv tat-trade mark. |
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Indorata-Serviços e Gestão Lda hija kkundannata għall-ispejjeż. |