29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 79/14


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunal Superior de Justicia de Asturias, Spanja fis-27 ta' Diċembru 2007 — José Manuel Blanco Pérez u María del Pilar Chao Gómez vs Principado de Asturias u Celso Fernandez Gomez

(Kawża C-571/07)

(2008/C 79/24)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Asturias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: José Manuel Blanco Pérez u María del Pilar Chao Gómez

Partijiet oħra: Principado de Asturias u Celso Fernandez Gomez

Domanda preliminari

L-Artikolu 43 KE jipprekludi d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità awtonoma tal-Prinċipat ta' Asturias dwar l-awtorizzazzjoni biex jiġu stabbiliti spiżeriji?