8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/23


Appell imressaq fil-31 ta' Diċembru 2007 minn AMS Advanced Medical Services GmbH kontra s-sentenza mogħtija fit-18 ta' Ottubru 2007 fil-Kawża T-425/03 — AMS Advanced Medical Services GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-565/07)

(2008/C 64/34)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: AMS Advanced Medical Services GmbH (rappreżentant: S. Schäffler, Rechtsanwältin)

Il-parti l-oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), American Medical Systems, Inc.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Ottubru 2007.

tikkundanna lill-konvenuta fl-ewwel istanza u l-appellata fil-proċeduri ta' appell li tbati l-ispejjeż ta' din il-kawża kif ukoll l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa bbażat fuq ksur tad-dritt Komunitarju min-naħa tal-Qorti tal-Prim'Istanza. Il-Qorti tal-Prim' Istanza ma laqgħetx it-talba tar-rikorrenti kontra l-konvenuta rigward il-produzzjoni tal-provi ta' l-użu tat-trade mark tagħha, meta din it-talba kienet ġiet ifformulata għall-ewwel darba f'proċeduri quddiem il-Bord ta' l-Appell. B'dan il-mod il-Qorti tal-Prim'Istanza kisret il-prinċipju ta' kontinwità funzjonali bejn id-dipartimenti ta' l-UASI u kisret l-Artikolu 43(2) u (3), kif ukoll l-Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993.

Infatti, skond il-prinċipju ta' kontinwità funzjonali bejn id-dipartiment ta' l-UASI, il-Bord ta' l-Appell kellu jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq l-argumenti kollha li saru mir-rikorrenti kemm fil-proċeduri quddiem id-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni, kif ukoll quddiem il-Bord ta' l-Appell.