23.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 51/37


Rikors imressaq fl-20 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' Malta

(Kawża C-563/07)

(2008/C 51/61)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wolker u D. Lawunmi, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta' Malta

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi ma pprovdietx l-informazzjoni meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Frar 2004, li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ ta' l-emissjonijiet ta' gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta' Kyoto (1) (aktar 'il quddiem id-“Deċiżjoni”) f'Malta, flimkien ma' l-Artikoli 2 sa 7 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 166/2005/KE, ta' l-10 ta' Frar 2005, li tistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 280/2004/KE, ir-Repubblika ta' Malta naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Skond l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE, l-Istati Membri għandhom, għall-finijiet ta' l-assessjar tal-progress attwali u biex jgħinu lill-Komunità tipprepara r-rapporti annwali tagħha, skond l-obbligi tagħha taħt l-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kyoto, jgħaddu ċerta informazzjoni dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet serra lill-Kummissjoni sal-15 ta' Jannar ta' kull sena.

Fid-dawl tal-fatt li r-Repubblika ta' Malta ma pprovdietx lill-Kummissjoni l-informazzjoni dovuta fil-15 ta' Jannar 2006, il-Kummissjoni għandha l-obbligu tassumi li l-awtoritajiet Maltin naqsu mill-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni.


(1)  ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1.