9.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 37/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Oberster Gerichtshof (L-Awstrija) fit-28 ta' Novembru 2007 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG vs Franz Hauswirth GmbH

(Kawża C-529/07)

(2008/C 37/17)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof (l-Awstrija).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG.

Konvenuta: Franz Hauswirth GmbH.

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (1) (ĠU L 11 ta' l-14 ta' Jannar 1994, p. 1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-applikant għal trade mark Komunitarja għandu jiġi kkunsidrat bħala li aġixxa in mala fede meta jkun jaf fil-mument tar-reġistrazzjoni li kompetitur f'(almenu) Stat Membru qiegħed juża' trade mark identika jew simili li kapaċi twassal għal konfużjoni għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili u li jirreġistra t-trade mark sabiex ma jħallix lill-kompetitur ikompli jużaha?

2.

Fil-każ ta' risposta negattiva għall-ewwel domanda:

L-applikant għal trade mark għandu jkun kkunsidrat bħala li aġixxa in mala fede meta jirreġistra trade mark sabiex ma jħallix kompetitur ikompli jużaha meta jaf jew għandu jkun jaf fil-mument tar-reġistrazzjoni li l-kompetitur kiseb “dritt miksub” għall-użu ta' trade mark identika jew simili għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili li kapaċi jwasslu għal konfużjoni?

3.

Fil-każ ta' risposta pożittiva għall-ewwel jew għat-tieni domanda:

Il-fatt li aġixxa in mala fede jista' jiġi eskluż meta l-applikant ikun ġa magħruf fil-kummerċ għat-trade mark tiegħu u għalhekk huwa protett skond id-dritt tal-kompetizzjoni?


(1)  ĠU L 11 ta' l-14 ta' Jannar 1994, p. 1.