|
9.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 37/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Finanzgericht Düsseldorf (Il-Ġermanja) fit-22 ta' Novembru 2007 — Dinter GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf
(Kawża C-522/07)
(2008/C 37/13)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dinter GmbH.
Konvenuta: Hauptzollamt Düsseldorf.
Domandi preliminari
|
1) |
In-nota addizzjonali 5(b) tal-kapitlu 20 tan-nomenklatura magħquda (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta' “meraq tal-frott b'zokkor miżjud” ikopri wkoll il-meraq ta' frott li fil-fatt ma ġiex miżjud b'zokkor iżda li l-kontenut ta' zokkor miżjud ġie stabbilit b'mod konformi man-nota addizzjonali 5(a) tal-kapitlu 20 tan-nomenklatura magħquda? |
|
2) |
In-nota addizzjonali 5(b) tal-kapitlu 20 tan-nomenklatura magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li l-użu tal-kliem “miksub minn frott jew biż-żieda ta' meraq konċentrat” sempliċement jispeċifika l-kunċett “meraq tal-frott fl-istat naturali tiegħu” imsemmi fl-istess nota u li din ta' l-aħħar tapplika fil-fatt għat-tipi kollha ta' meraq ta' frott (mhux fermentat u mingħajr żieda ta' spirtu) fi kwalunkwe stat jiġu ppreżentati fid-dwana? |
|
3) |
Fil-każ li r-risposta għaż-żewġ domandi preċedenti tkun fl-affermattiv: in-nota addizzjonali 5(b) tal-kapitlu 20 tan-nomenklatura magħquda hija valida? |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta' Settembru 2004, biex jemeneda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni.