26.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 22/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Obersten Patent- und Markensenats (L-Awstrija) fl-14 ta' Novembru 2007 — Silberquelle GmbH vs Maselli-Strickmode GmbH
(Kawża C-495/07)
(2008/C 22/51)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Obersten Patent- und Markensenats
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Silberquelle GmbH
Konvenuta: Maselli Strickmode GmbH
Domanda preliminari
L-Artikoli 10(1) u 12(1) ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (id-Direttiva dwar it-trade marks) (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li trade mark hija użata b'mod ġenwin meta hija użata għal prodotti (f'dan il-każ, xorb non-alkoħoliku) li l-proprjetarju tat-trade mark joffri mingħajr ħlas, wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta' bejgħ, lix-xerrejja ta' prodotti oħra li huwa jqiegħed fis-suq (f'dan il-każ, drapp)?
(1) ĠU L 40, p. 1.