12.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 8/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Rechtbank te 's-Gravenhage, zittinghoudende te Roermond Roermond (L-Olanda) fil-31 ta' Ottubru 2007 — Fatma Pehlivan vs Staatssecretaris van Justitie

(Kawża C-484/07)

(2008/C 8/14)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank te 's-Gravenhage, zittinghoudende te Roermond (l-Olanda).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fatma Pehlivan

Konvenut: Staatssecretaris van Justitie

Domandi preliminari

1a.

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni ta' Assoċjazzoni Nru 1/80 [tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, tad-19 ta' Settembru 1980, dwar l-iżvilupp ta' l-assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija] għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika meta membru tal-familja ta' ħaddiem Tork ikun effettivament għex ma' dan il-ħaddiem għal tliet snin mingħajr ma l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu kkontestaw id-dritt ta' residenza tiegħu matul dan il-perijodu ta' tliet snin?

1b.

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni ta' Assoċjazzjoni Nru 1/80 jipprekludi li matul dawn it-tliet snin Stat Membru jkun jista' jiddeċiedi li jekk il-membru tal-familja li jkun tħalla jidħol fit-territorju jiżżewweġ, ma jibqax jibbenefika mid-drittijiet taħt din id-dispożizzjoni, anki jekk huwa jibqa' jgħix mal-ħaddiem Tork?

2.

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1), jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra u/jew prinċipju tad-dritt Komunitarju jipprekludi li, wara li jiskadu t-tliet snin, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jikkontestaw, retroattivament, id-dritt ta' residenza tal-barrani billi jibbażaw rwieħhom fuq il-kwalità tiegħu ta' membru tal-familja u/jew il-legalità tar-residenza tiegħu matul dawn it-tliet snin?

3a.

Il-fatt li barrani, intenzjonalment jew le, naqas milli jressaq provi li d-dritt nazzjonali jqis li huma importanti għall-finijiet tad-dritt ta' residenza tiegħu, huwa rilevanti għar-risposta għad-domandi preċedenti, u jekk dan huwa l-każ, b'liema mod?

3b.

Il-fatt li dawn il-provi ġew magħrufa matul il-perijodu ta' tliet snin jew biss wara li skada dan il-perijodu, huwa rilevanti? F'dan ir-rigward, għandu jittieħed in kunsiderazzjoni l-fatt li, ladarba informati, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom iwettqu analiżi (fil-fond) qabel ma jieħdu deċiżjoni. Jekk dan huwa l-każ, b'liema mod?