Kawża C-555/07

Seda Kücükdeveci

vs

Swedex GmbH & Co. KG

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Düsseldorf)

“Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Direttiva 2000/78/KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-tkeċċija li, għall-kalkolu tat-terminu tal-avviż tat-temm ta’ impjieg, ma tiħux inkunsiderazzjoni l-perijodu tax-xogħol maħdum qabel l-impjegat ikun laħaq l-età ta’ 25 sena — Ġustifikazzjoni tal-miżura — Leġiżlazzjoni nazzjonali inkompatibbli mad-direttiva — Rwol tal-qorti nazzjonali”

Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Y. Bot, ippreżentati fis-7 ta’ Lulju 2009   I ‐ 367

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Jannar 2010   I ‐ 393

Sommarju tas-sentenza

  1. Politika soċjali – Trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol – Direttiva 2000/78 – Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età

    (Direttiva tal-Kunsill 2000/78)

  2. Dritt Komunitarju – Prinċipji – Trattament ugwali – Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Projbizzjoni – Obbligu tal-qrati nazzjonali

  1.  Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, u b’mod iktar partikolari l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età hekk kif inhu stabbilit mid-Direttiva 2000/78, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali milli tipprovdi li l-perijodi ta’ xogħol imwettqa mill-impjegat qabel ma jilħaq l-età ta’ 25 sena ma jittiħdux inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tat-terminu tal-avviż tat-temm ta’ impjieg.

    (ara l-punt 43 u d-dispożittiv 1)

  2.  Meta titressaq kawża bejn individwi quddiem qorti nazzjonali, hija għandha tiżgura r-rispett tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età, hekk kif ġie kkonkretizzat permezz tad-Direttiva 2000/78, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, billi jekk ikun meħtieġ tippermetti li ma tiġix applikata kull dispożizzjoni li tmur kontra l-leġiżlazzjoni nazzjonali, indipendentement mill-eżerċizzju tal-possibbiltà li hija għandha, fil-każijiet imsemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 236 TFUE, li tressaq rinviju għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ dan il-prinċipju. Fil-fatt, in-natura diskrezzjonali ta’ dan ir-rinviju hija indipendenti mill-metodi proċedurali li għandha l-qorti nazzjonali, fis-sistema legali interna, sabiex tippermetti li ma tiġix applikata dispożizzjoni nazzjonali li hija tqis li tmur kontra l-Kostituzzjoni.

    (ara l-punti 55, 56, u d-dispożittiv 2)