Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Lulju 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Belġju

(Kawża C‑510/07)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 68/414/KEE – L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 – Obbligu li jinżammu f’kull żmien ħażniet minimi ta’ prodotti petroliferi – Ksur”

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 10)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li jinżammu ħażniet ta’ prodotti petroliferi previst fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 68/414/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1968 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri tal-KEE li jżommu ħażniet minimi ta’ prodotti taż-żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi (ĠU L 308, p. 14), kif emendata u sussegwentement ikkodifikata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/67/KE tal-24 ta’ Lulju 2006 (ĠU L 217, p. 8) – Natura u portata tal-obbligu li jinżammu ħażniet – Diskrepanza bejn iċ-ċifri trażmessi mill-Istat Membru kkonċernat u d-data pprovduta mill-Eurostat – Metodu ta’ kalkolu tal-ħażniet ta’ prodotti petroliferi u tal-livell tal-konsum intern ta’ dawn il-prodotti.

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex iżomm, f’kull żmien, fit-territorju tal-Komunità Ewropea, il-livell meħtieġ ta’ ħażniet ta’ prodotti petroliferi għat-tieni kategorija tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 68/414/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1968 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri tal-KEE li jżommu ħażniet minimi ta’ prodotti taż-żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/93/KE tal-14 ta’ Diċembru 1998, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 ta’ din l-istess direttiva.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.