Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2008 – Il‑Kummissjoni vs Franza

(Kawża C‑507/07)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Regolament (KE) Nru 6/2002 – Proprjetà industrijali u kummerċjali – Disinni jew mudelli Komunitarji – Artikolu 80(2) – Nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-lista tal-qrati”

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l‑punt 7)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinni jew mudelli Komunitarji (ĠU 2002, L 3, p. 1) – Nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-lista, prevista fl-Artikolu 80(2) tar-Regolament iċċitat iktar’il fuq, tal-qrati tad-disinni jew mudelli Komunitarji li tindika isimhom u t-territorju tagħhom tal-ġurisdizzjoni.

Dispożittiv

1)

Fin-nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-qrati tad-disinni jew mudelli Komunitarji lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 80(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinni jew mudelli Komunitarji.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.