Kawża C-495/07
Silberquelle GmbH
vs
Maselli-Strickmode GmbH
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Patent- und Markensenat)
“Trade marks — Direttiva 89/104/KEE — Artikoli 10 u 12 — Revoka — Kunċett ta’ ‘użu ġenwin’ mit-trade mark — Twaħħil tat-trade mark fuq oġġetti ta’ reklamar — Distribuzzjoni b’xejn ta’ dawn l-oġġetti lil min jixtri l-prodotti tal-proprjetarju tat-trade mark”
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali D. Ruiz-Jarabo Colomer, ippreżentati fit-18 ta’ Novembru 2008 I ‐ 139
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Jannar 2009 I ‐ 152
Sommarju tas-sentenza
Approssimazzjoni tal-liġijiet – Trade marks – Direttiva 89/104 – Raġunijiet għar-revoka tat-trade mark
(Direttiva tal-Kunsill 89/104, Artikoli 10(1) u 12(1))
L-Artikoli 10(1), u 12(1) tad-Direttiva 89/104 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-proprjetarju ta’ trade mark iwaħħal din it-trade mark fuq oġġetti li joffri b’xejn lil min jixtri l-prodotti tiegħu, huwa ma jagħmilx użu ġenwin minn din it-trade mark għall-klassi li taħtha jaqgħu dawn l-oġġetti.
Fil-fatt, f’dan il-każ, dawn l-oġġetti ma jaqgħu taħt ebda distribuzzjoni intiża sabiex huma jippenetraw fis-suq tal-prodotti li jaqgħu taħt l-istess klassi bħalhom. F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-twaħħil tat-trade mark fuq dawn l-oġġetti ma jikkontribwixxix sabiex tinħoloq opportunità għalihom u lanqas ma joħloq distinzjoni, fl-interess tal-konsumatur, mill-prodotti ta’ provenjenza minn impriżi oħra.
(ara l-punti 21, 22 u d-dispożittiv)