Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2008 – AGEA vs Consorzio Agrario di Ravenna

(Kawża C‑486/07)

“Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Ċereali – Qamħirrum – Iffissar tal-prezz – Tnaqqis applikabbli”

Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Ċereali – Bejgħ taċ-ċereali li jkunu f’idejn l-aġenziji ta’ intervent (Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 689/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2486/92, Artikolu 4a u Anness II, u Nru 2131/93, Artikolu 13(1)) (ara l-punt 32 u d-dispożittiv)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Corte suprema di cassazione (l-Italja) – Interpretazzjoni tal‑Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92, tat-30 ta’ Ġunju 1992, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (ĠU L 181, p. 21), tal‑Artikolu 4a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 689/1992, tad-19 ta’ Marzu 1992, li jistabbilixxi l-proċeduri għat-teħid taċ-ċereali mill-aġenziji ta’ intervent (ĠU L 74, p. 18), u tal-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kumissjoni (KEE) Nru 2131/93, tat-28 ta’ Lulju 1993, li jistabbilixxi l-proċedura u l-kundizzjonijiet għall‑bejgħ taċ-ċereali li jkunu f’idejn l-aġenziji intermedjarji [ta’ intervent] (ĠU L 191, p. 76) – Tnaqqis applikabbli minħabba grad ta’ umdità għola minn dak previst għall‑kwalità standard – Applikabbiltà għall-bejgħ ta’ qamħirrum.

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kumissjoni (KEE) Nru 2131/93 tat-28 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi l-proċeduri u l‑kundizzjonijiet għall‑bejgħ taċ-ċereali li jkunu f’idejn l-aġenziji intermedjarji [ta’ intervent], u tal-Artikolu 4a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 689/92, tad-19 ta’ Marzu 1992, li jistabbilixxi l-proċeduri għat-teħid taċ-ċereali mill‑aġenziji ta’ intervent, kif emendat bir‑Regolament tal‑Kummissjoni (KEE) Nru 2486/1992, tas-27 ta’ Awwissu 1992, għandhom jiġu interpretati fis‑sens li, fil‑każ ta’ bejgħ permezz ta’ sejħa għal offerti ta’ qamħirrum li qiegħed għand l‑aġenziji ta’ intervent nazzjonali, it‑tnaqqis tal-prezz skont ir-rata ta’ umdità, prevista għall-qamħ durum fit-Tabella II tal-Anness II tar‑Regolament Nru 689/92, kif emendat bir-Regolament Nru 2486/92, mhumiex applikabbli