Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Marzu 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall

(Kawża C‑458/07)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Telekomunikazzjonijiet – Direttiva 2002/22/KE – Servizz universali – Obbligu li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti finali direttorju u servizz ta’ konsultazzjonijiet tad-direttorju komprensivi”

1.                     Stati Membri - Obbligi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Responsabbiltà - Portata - Istituzzjonijiet kostituzzjonalment indipendenti (Artikoli 10 KE u 226 KE) (ara l-punti 19, 20)

2.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 22)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 5(1) u (2) u tal-Artikolu 25(1) u (3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol 29, P. 367) - Nuqqas ta’ inklużjoni fid-direttorju universali ta’ ċerti abbonati.

Dispożittiv

1)

Peress li, fil-prattika, naqset milli tiggarantixxi t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-utenti finali kollha ta’ mill-inqas direttorju komprensiv u ta’ mill-inqas servizz ta’ konsultazzjonijiet tad-direttorju komprensiv, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) u (2) u tal-Artikolu 25(1) u (3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”), ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.