Kawża C-404/07

Győrgy Katz

vs

István Roland Sós

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság)

“Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2001/220/ĠAI — Drittijiet tal-vittmi fi proċeduri kriminali — Prosekuzzjoni privata li tissostitwixxi dik tal-prosekuzzjoni pubblika — Xhieda tal-vittma bħala xhud”

Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali J. Kokott, ippreżentati fl-10 ta’ Lulju 2008   I ‐ 7609

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2008   I ‐ 7620

Sommarju tas-sentenza

Unjoni Ewropea – Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – Drittijiet tal-vittmi fil-kuntest tal-proċeduri kriminali – Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2001/220

(Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2001/220, Artikoli 2 u 3)

Id-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2001/220, dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali, filwaqt li tobbliga lill-Istati Membri, minn naħa, jiżguraw li l-vittmi jingħataw livell għoli ta’ protezzjoni kif ukoll rwol reali u xieraq fis-sistema ġudizzjarja kriminali tagħhom u, min-naħa l-oħra, jirrikonoxxu d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-vittmi u jiżguraw ruħhom li l-vittmi jingħataw smigħ xieraq u li jkunu jistgħu jressqu l-provi tagħhom, tħalli lill-awtoritajiet nazzjonali setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tal-modalitajiet speċifiċi ta’ implementazzjoni ta’ dawn l-għanijiet.

B’hekk, l-Artikoli 2 u 3 tal-imsemmija deċiżjoni qafas għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jobbligawx lill-qorti nazzjonali tawtorizza s-smiegħ tal-vittma ta’ reat bħala xhud fi proċedura ta’ prosekuzzjoni privata sussidjarja. Madankollu, fin-nuqqas ta’ tali possibbiltà, il-vittma għandha titħalla tagħti xhieda li tista’ tiġi kkunsidrata bħala prova.

(ara l-punti 46, 50 u d-dispożittiv)