Kawża C-339/07

Christopher Seagon, bħala stralċjarju ta’ Frick Teppichboden Supermärkte GmbH

vs

Deko Marty Belgium NV

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof)

“Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Proċedimenti ta’ falliment — Qorti li għandha ġurisdizzjoni”

Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali D. Ruiz-Jarabo Colomer, ippreżentati fis-16 ta’ Ottubru 2008   I ‐ 769

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Frar 2009   I ‐ 791

Sommarju tas-sentenza

Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Proċedimenti ta’ falliment – Regolament Nru 1346/2000

(Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000, Artikoli 3(1), 16 u 25, u premessi 2, 4, 6 u 8)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 dwar il-proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nfetħu l-proċedimenti ta’ falliment għandhom il-ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar azzjoni revokatorja bbażata fuq il-falliment u intiża kontra konvenut li jkollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fi Stat Membru ieħor.

Tali interpretazzjoni tirriżulta kemm mill-effett utli ta’ dan ir-regolament kif ukoll mill-intenzjoni tal-leġiżlatur li jillimita l-imsemmi regolament għal dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ġurisdizzjoni għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment u deċiżjonijiet li jingħataw direttament fuq bażi ta’ proċedimenti ta’ falliment u li huma marbuta mill-qrib ma’ proċedimenti bħal dawn

(ara l-punti 20, 21, 28 u d-dispożittiv)