Kawża C-301/07

PAGO International GmbH

vs

Tirolmilch registrierte Genossenschaft mbH

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof)

“Trade marks — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 9(1)(ċ) — Trade mark li għandha reputazzjoni fil-Komunità — Portata ġeografika tar-reputazzjoni”

Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali E. Sharpston, ippreżentati fit-30 ta’ April 2009   I ‐ 9431

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2009   I ‐ 9447

Sommarju tas-sentenza

  1. Trade mark Komunitarja – Effetti tat-trade mark Komunitarja – Drittijiet li jirriżultaw mit-trade mark – Protezzjoni tat-trade mark estiża għal prodotti jew għal servizzi li ma jixxiebhux

    (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 9(1)(ċ))

  2. Trade mark Komunitarja – Effetti tat-trade mark Komunitarja – Drittijiet li jirriżultaw mit-trade mark – Protezzjoni tat-trade mark estiża għal prodotti jew għal servizzi li ma jixxiebhux

    (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 9(1)(ċ))

  1.  Fil-kliem tiegħu, l-Artikolu 9(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja jipproteġi trade mark Komunitarja għal prodotti jew servizzi li ma jixxiebhux ma’ dawk li għalihom it-trade mark Komunitarja hija rreġistrata.

    Madankollu, minkejja kliemu u fid-dawl tal-istruttura ġenerali u tal-għanijiet tas-sistema li fiha l-imsemmi Artikolu 9(1)(ċ) tar-regolament jaqa’, il-protezzjoni tat-trade marks Komunitarji li għandhom reputazzjoni ma tistax tkun inqas f’każ ta’ użu ta’ sinjal għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu milli f’każ li sinjal jintuża għal prodotti jew servizzi li ma jixxiebhux.

    Konsegwentement, għandu jiġi aċċettat li l-Artikolu 9(1)(ċ) tar-Regolament jipproteġi wkoll trade mark Komunitarja li għandha reputazzjoni għal prodotti jew servizzi li jixbhu lil dawk li għalihom it-trade mark Komunitarja hija rreġistrata.

    (ara l-punti 17-19)

  2.  L-Artikolu 9(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94, dwar it-trade mark Komunitarja għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tibbenefika mill-protezzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni, trade mark Komunitarja għandha tkun magħrufa minn parti sinjifikattiva tal-pubbliku kkonċernat permezz tal-prodotti jew mis-servizzi koperti minnha, f’parti sostanzjali tat-territorju tal-Komunità u li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ partikolari, it-territorju tal-Istat Membru inkwistjoni jista’ jkun ikkunsidrat bħala li jammonta għal parti sostanzjali mit-territorju tal-Komunità.

    (ara l-punt 30 u d-dispożittiv)