Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni vs Il-Greċja

(Kawża C-293/07)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttivi 79/409/KEE u 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi — Żoni ta’ protezzjoni speċjali — Miżuri ta’ protezzjoni insuffiċjenti”

1. 

Ambjent — Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi — Direttiva 79/409 — Miżuri speċjali ta’ konservazzjoni (Direttiva tal-Kunsill 79/409, Artikolu 4(1) u (2), u Artikolu 4(4), kif emendat bid-Direttiva 92/43, Artikolu 6(2) sa (4) (ara l-punti 21-23, 36 u d-dispożittiv 1)

2. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Prova tan-nuqqas — Oneru li jaqa’ fuq il-Kummissjoni (ara l-punt 32)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, p. 1) flimkien mal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva, kif emendata bl-Artikolu 6(2) sa (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, p. 7) — Nuqqas ta’ protezzjoni taż-żoni ta’ protezzjoni speċjali (ŻPS) — Eżistenza ta’ attivitajiet li jistgħu jheddu l-integrità taż-ŻPS u li jistgħu jwasslu għal konsegwenzi negattivi fuq l-għanijiet ta’ preservazzjoni taż-ŻPS u tal-ispeċi li għalihom dawn iż-żoni ġew stabbiliti.

Dispożittiv

1) 

Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tistabbilixxi u tapplika sistema legali koerenti, speċifika u sħiħa ta’ natura tali li tiżgura ġestjoni vijabbli u protezzjoni effettiva taż-żoni magħżula bħala żoni ta’ protezzjoni speċjali fid-dawl tal-għanijiet ta’ konservazzjoni stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u (2) ta’ din id-direttiva, kif ukoll taħt l-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(4) tagħha, fil-verżjoni tagħha kif tirriżulta mill-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa.

2) 

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) 

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.