Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-31 ta’ Jannar 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu

(Kawża C‑268/07)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2004/17/KE – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”

1.                     Atti ta’ l-istituzzjonijiet - Direttivi - Implementazzjoni mill-Istati Membri (Artikolu 249 KE) (ara l-punti 9-10)

2.                     Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni ta’ direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq id-dritt nazzjonali - Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 13)

3.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 14)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 134, p. 1).

Dispożittiv

 

Billi naqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

 

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.