Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Lulju 2008 – Il‑Kummissjoni vs Spanja
(Kawża C‑207/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikoli 43 KE u 56 KE – Liġi nazzjonali li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel l-akkwist ta’ ishma f’impriżi li jeżerċitaw attivitajiet irregolati fis-settur tal-enerġija u tal-attiv neċessarju għall‑eżerċizzju ta’ dawn l-attivitajiet”
Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Moviment liberu tal‑kapital – Leġiżlazzjoni dwar l-enerġija (Artikoli 43 KE u 56 KE) (ara l-punti 39, 46, 54-55, 58, 62-63 u d-dispożittiv)
Suġġett
| Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikoli 43 u 56 KE – Liġi nazzjonali li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel ta’ kummissjoni speċjali l-akkwist ta’ ċerti ishma f’impriżi li jeżerċitaw attivitajiet irregolati fis‑settur tal-enerġija. |
Dispożittiv
|
1) |
Bl-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 tal‑Erbatax-il Funzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Enerġija stabbilita mill-Ħdax-il Dispożizzjoni Addizzjonali, Titolu 3.1 tal-Liġi 34/1998 li tirregola s-settur tal-idrokarburi (Ley 34/1998, del sector de hidrocarburos), tas-7 ta’ Ottubru 1998, kif emendata bid-Digriet Liġi Rjali 4/2006 (Real Decreto-ley 4/2006), tal-24 ta’ Frar 2006, sabiex l-akkwist ta’ ċerti ishma fl‑impriżi li jeżerċitaw ċerti attivitajiet irregolati fis-settur tal‑enerġija kif ukoll l-akkwist tal-attiv neċessarju għall-eżerċizzju ta’ dawn l-attivitajiet jiġu ssuġġettati għall-awtorizzazzjoni bil-quddiem tal‑Kummissjoni Nazzjonali għall-Enerġija, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l‑Artikoli 43 KE u 56 KE. |
|
2) |
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż. |