Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Marzu 2008 –

Il-Kummissjoni vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C‑196/07)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Politika tal-kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Nuqqas ta’ twettiq ta’ ċerti obbligi imposti mill-Kummissjoni – E.ON/Endesa”

1.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 25-26)

2.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Suġġett tal-kawża - Determinazzjoni permezz ta’ l-opinjoni motivata - Terminu mogħti lill-Istat Membru – Waqfien sussegwenti tan-nuqqas - Interess li titkompla l-azzjoni - Responsabbiltà eventwali ta’ l-Istat Membru (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 27-28)

3.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Non-osservanza ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar operazzjoni ta’ konċentrazzjoni - Raġunijiet ta’ difiża - Impossibbiltà assoluta ta’ twettiq - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Diffikultajiet ta’ twettiq - Obbligu tal-Kummissjoni u ta’ l-Istat Membru li jikkollaboraw fit-tfittxija ta’ soluzzjoni li tirrispetta t-Trattat (Artikoli 10 KE u 226 KE) (ara l-punt 30)

4.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Non-osservanza ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar operazzjoni ta’ konċentrazzjoni - Motivi ta’ difiża - Kontestazzjoni tal-legalità tad-deċiżjoni - Inammissibbiltà - Limiti - Att ineżistenti (Artikoli 226 KE, 227 KE, 230 KE u 232 KE) (ara l-punti 34-38)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas ta’ konformità ma’ l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Settembru 2006 (Każ COMP/M. 4197 - E.ON/Endesa - C(2006)4279 finali), u ma’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 (Każ COMP/M. 4197 - E.ON/Endesa - C(2006)7039 finali).

Dispożittiv

1)

Billi ma ħassarx:

–        il-kundizzjonijiet Nri 1 sa 6, 8 u 17 imposti mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali ta’ l-Enerġija, li ġew iddikjarati inkompatibbli mad-dritt Komunitarju mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Settembru 2006 [Każ Nru COMP/M.4197 – E.ON/Endesa – C(2006) 4279 finali], u

–        il-kundizzjonijiet Nri 1, 10, 11 u 15 emendati, imposti mid-deċiżjoni tal-Ministru ta’ l-Industrija, tat-Turiżmu u tal-Kummerċ, li ġew iddikjarati inkompatibbli mad-dritt Komunitarju mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 [Każ Nru COMP/M.4197 – E.ON/Endesa – C(2006) 7039 finali], fit-terminu mogħti,

ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 2 ta’ kull waħda minn dawn id-deċiżjonijiet.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.