Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni vs Spanja

(Kawża C-189/07)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Regolament (KEE) Nru 2847/93 — Artikoli 2(1) u 31(1) u (2) — Regolamenti (KE) Nri 2406/96 u 850/98 — Skema ta’ kontroll fis-settur tas-sajd — Standards komuni għall-marketing għal ċerti prodotti — Kontrolli u spezzjonijiet mhux sodisfaċenti — Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ miżuri xierqa għas-sanzjoni tal-ksur — Eżekuzzjoni tas-sanzjonijiet — Nuqqas ġenerali li jiġu osservati d-dispożizzjonijiet ta’ regolament — Produzzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ provi komplementari intiżi sabiex isostnu n-natura ġenerali u kontinwa tan-nuqqas — Ammissibbiltà”

1. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Suġġett tal-kawża — Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża — Nuqqas ġenerali li jiġu osservati d-dispożizzjonijiet ta’ regolament (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 27-31)

2. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Dritt ta’ azzjoni tal-Kummissjoni — Eżerċizzju diskrezzjonali — Natura oġġettiva — Oriġini tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ effett (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 33, 34)

3. 

Sajd — Konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar — Miżuri ta’ kontroll — Obbligi tal-Istati Membri li jeżerċitaw kontroll u li jieħdu azzjoni kontra ksur — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 2847/93, Artikoli 1, 2 u 31(2)) (ara l-punti 35-40)

4. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Prova tan-nuqqas — Oneru tal-Kummissjoni — Preżunzjonijiet — Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 82)

5. 

Sajd — Konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar — Sistema tal-kwoti tas-sajd — Miżuri ta’ kontroll (Regolament tal-Kunsill Nru 2847/93, Artikolu 31) (ara l-punti 124)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2(1) u 31(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2847/93, tat-12 ta’ Ottubru 1993, li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (ĠU L 261, p. 1) — Ksur tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96, tas-26 ta’ Novembru 1996, li jistabbilixxi standards komuni għall-marketing għal ċerti prodotti tal-industrija tas-sajd (ĠU L 334, p. 1), u Nru 850/98, tat-30 ta’ Marzu 1998, dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni […] ta’ organiżmi [żgħar] tal-baħar (ĠU L 125, p. 1) — Kontrolli mhux sodisfaċenti — Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ miżuri xierqa sabiex jiġi ssanzjonat il-ksur.

Dispożittiv

1) 

Ir-Renju ta’ Spanja,

billi ma eżerċitax b’mod sodisfaċenti l-kontroll u l-ispezzjoni, fit-territorju tiegħu u fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità tiegħu, tal-eżerċizzju tas-sajd, b’mod partikolari tal-attivitajiet ta’ ħatt u ta’ bejgħ ta’ speċi suġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar id-daqs minimu bis-saħħa tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, tat-30 ta’ Marzu 1998, dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni […] ta’ organiżmi [żgħar] tal-baħar u Nru 2406/96, tas-26 ta’ Novembru 1996, li jistabbilixxi standards komuni għall-marketing għal ċerti prodotti tal-industrija tas-sajd, u billi ma allokax ir-riżorsi umani meħtieġa għall-kontroll u għall-ispezzjoni tal-eżerċizzju tas-sajd, kif ukoll

billi ma adottax bil-fermezza neċessarja miżuri xierqa fil-konfront tal-persuni responsabbli għal ksur tar-regolamenti Komunitarji dwar is-sajd, b’mod prinċipali permezz tal-bidu ta’ proċeduri amministrattivi jew kriminali u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet dissważivi fuq dawn il-persuni responsabbli,

naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 2(1) u 31(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93, tat-12 ta’ Ottubru 1993, li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2846/98, tas-17 ta’ Diċembru 1998.

2) 

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) 

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.