Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Jannar 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il-Portugall
(Kawża C‑150/07)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ħlas tardiv tar-riżorsi proprji – Interessi moratorji dovuti – Regoli tal-kontabbiltà – Sistema ATA”
1. Riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej - Konstatazzjoni u tqegħid għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri (Regolament tal-Kunsill Nru 1552/89, Artikoli 2, 6(2) u 10) (ara l-punti 61-64)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Prova tan-nuqqas - Oneru tal-Kummissjoni (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 65, 66, 68)
Suġġett
| Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 2, 6(2), 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 155, p. 1) - Rifjut li jitħallsu l-interessi moratorji fil-każ ta’ ħlas tardiv tar-riżorsi proprji fil-kuntest tas-sistema ATA - Regoli tal-kontabbiltà. |
Dispożittiv
|
1) |
Billi rrifjutat li tħallas lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej l-interessi moratorji dovuti minħabba l-ħlas tardiv tar-riżorsi proprji fil-kuntest tas-sistema ATA, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 2, 6(2) u 9 sa 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta’ Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, tliet kwarti tal-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej. |
|
4) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-kumplament tal-ispejjeż tagħha. |